Friday, September 20, 2024

Manchester United jidentifikaw lil Marco Asensio

Aqra wkoll

Manchester United huma fost il-clubs li qed iżidu l-isforzi tagħhom biex jakkwistaw lill-playmaker ta’ Real Madrid, Marco Asensio.

Minkejja n-numru ta’ players li għandhom iħallu lil Manchester United bi free transfers, Erik ten Hag għad irid jagħmel l-ewwel akkwist tiegħu fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

Madankollu, dan wassal biex jinbidel, hekk kif id-difensur ta’ Feyenoord Tyrell Malacia qal li jinsab ferm viċin li jmur jilgħab f’Old Trafford.

U mhux biss hekk kif jidher li r-Red Devils xeħtu ħarsithom ukoll fuq Marco Asensio.

Sport