Manchester United qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta fis-sajf għall-attakkant ta’ Everton, Richarlison.
Il-player ta’ 24 sena għamel 139 dehra għal Everton minn meta ngħaqad magħhom mingħand Watford fl-2018, fejn skorja 47 goal u pprovda 12-il assist fil-proċess.
Richarlison fadallu ftit aktar minn sentejn fil-kuntratt tiegħu f’Goodison Park, iżda dan l-aħħar kien hemm spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu, bit-Toffees bħalissa qed jitħabtu fil-Premier League.
Huwa mifhum li Manchester United kellhom laqgħa mar-rappreżentanti tal-player internazzjonali Brażiljan aktar kmieni din is-sena biex jiddiskutu trasferiment possibbli fis-sajf.
Jidher li r-Red Devils ikollhom iħallsu bejn £60m u £70m għall-attakkant, u l-club ikun lest li joffrilu ‘żieda sinifikanti’ fuq is-salarju attwali tiegħu f’Goodison Park.
Richarlison tħabat b’injuries fl-irkoppa u fil-pexxul dan l-istaġun, iżda xorta deher f’20 okkażjoni fil-kompetizzjonijiet kollha għal Everton, fejn skorja ħames goals u pprovda tliet assists fil-proċess.
Il-player mill-Amerika t’Isfel beda jilgħab fil-Premier League fl-Ingilterra lura fl-2017, fejn kien ingħaqad ma’ Watford mingħand il-Brażiljani ta’ Fluminense.