Manchester United laħqu ftehim mal-attakkant internazzjonali Brażiljan ta’ Ajax, Antony, biex imur jilgħab f’Old Trafford.
Peró huma għadhom ma laħqu l-ebda ftehim mal-club Olandiż wara li kellhom l-ewwel offerta ta’ €67 miljun rifjutata.
Issa mistennija jagħmlu offerta oħra ta’ €80 miljun iżda t-talba ta’ Ajax hija dik ta’ €100.
Aktar minn hekk, il-coach Alfred Schreuder, sostna li mhux se jħalli aktar players jitilqu lil Ajax wara li ċedew tliet players.