Manchester United ingħataw parir biex jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Benfica Darwin Nunez mill-player attwali Edinson Cavani.
Il-leġġenda Urugwajana se jħalli Old Trafford fis-sajf wara perijodu ta’ sentejn li ntlaqtu minn injury, u b’hekk ikun żgurat li United se jkollhom bżonn jidħlu fis-suq għal sostitut.
Fi żmien ta’ transizzjoni għar-Red Devils, se tiġi ffirmata alternattiva iżgħar fl-etá, u jidher li Cavani irid li United jagħmlu kollox għal sħabu li hu mfittex minn bosta clubs tal-ogħla livell fl-Ewropa.
Cavani tkellem dwar l-abbiltà ta’ Nunez, player li l-Erbgħa filgħaxija skorja t-30 goal tiegħu tal-istaġun fil-partita ta’ Benfica fiċ-Champions League ma’ Liverpool.
Filwaqt li l-United kienu diġà ammiraturi ta’ Nunez, huma jittamaw li l-kliem ta’ Cavani jaġixxi bħala dak li jagħmel id-differenza meta jiġi biex iż-żagħżugħ ta’ 22 sena jieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu.
Nunez, li mistenni jiswa madwar £65 miljun, kien ukoll marbut ma’ clubs bħal Liverpool, Chelsea u Paris Saint-Germain.