Friday, December 13, 2024

Manchester United jingħataw spinta biex jiffirmaw lil Robert Lewandowski

Aqra wkoll

Manchester United ingħataw spinta fit-tentattivi tagħhom biex jiffirmaw lill-attakkant ċentrali ta’ Bayern Munich, Robert Lewandowski, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Il-kuntratt tal-internazzjonali Pollakk fl-Allianz Arena għandu jiskadi f’Ġunju tal-2023, u jista’ jfittex li jħalli lill-club dan is-sajf jekk ma jiffirmax ftehim ġdid fix-xhur li ġejjin.

Barcelona kienu marbuta b’mod qawwi mal-attakkant, iżda huwa mifhum li l-ftehim ikun diffiċli għall-club Katalan minħabba l-problemi finanzjarji kontinwi tagħhom.

Il-forma ta’ Pierre-Emerick Aubameyang u r-ritorn ta’ Ansu Fati minn injury ifissru wkoll li t-team immexxi minn Xavi jinsab kuntent bl-għażliet fl-attakk tagħhom f’dan il-mument.

Manchester United jingħad ukoll li qed jiżnu mossa fis-sajf għal Lewandowski, u r-Red Devils issa jistgħu potenzjalment ikunu ħielsa biex jiffirmawh.

Il-player ta’ 33 sena reġa’ kien f’forma eċċellenti f’livell ta’ club matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 45 goal u rreġistra erba’ assists f’39 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Ir-Red Devils mistennija jagħmlu offerta għal attakkant ġdid fis-suq li ġej anke jekk Cristiano Ronaldo mistenni jibqa’ mal-club għal staġun ieħor.

Ekonomija

Sport