Manchester United setgħu ingħataw spinta fl-isforzi tagħhom biex jakkwistaw lill-midfielder ta’ Leeds United, Kalvin Phillips.
B’inċertezza fuq numru ta’ players fiż-żona ċentrali tal-ground, il-United mistennija jakkwistaw mill-inqas sostitut wieħed ta’ profil għoli.
L-ispekulazzjonijiet jippersistu li Phillips ikompli jidher fuq il-lista mqassra ta’ United, minkejja l-allegata nuqqas t’a ħerqa tal-internazzjonali Ingliż biex jikkunsidra bidla għar-rivali tal-club ta’ tfulitu.
Madankollu, iż-żewġ partijiet issa jistgħu jikkunsidraw mill-ġdid l-approċċ tagħhom dwar il-kwistjoni issa li Marcelo Bielsa telaq minn Elland Road.
Il-manager Arġentin, li kien strumentali biex jittrasforma lil Phillips fi player internazzjonali, tneħħa mill-pożizzjoni tiegħu fit-tmexxija ta’ Leeds, il-Ħadd filgħodu wara li r-raba’ telfa suċċessiva ħalliet lit-team eqreb lejn iż-żona ta’ relegazzjoni tal-Premier League.
Huwa mifhum li ritorn fiċ-Championship għal Leeds x’aktarx jiddetermina wkoll li ż-żagħżugħ ta’ 26 sena iħalli lil Leeds qabel l-istaġun 2022-23.