Sunday, November 3, 2024

Manchester United jinsabu għall-bejgħ … bejn £5 u £9 biljun

Aqra wkoll

Il-familja Glazer lesta tbigħ lil Manchester United u se tisma’ offerti ta’ bejn il-£5 u d-£9 biljuni.

IL-United ikkonfermaw l-aħbar sensazzjonali li wieħed mill-akbar clubs tal-football fid-dinja effettivament jinsab għall-bejgħ fi stqarrija maħruġa fid-9.30pm it-Tlieta filgħaxija.

Il-Grupp Raine u Rothschild and Co inħatru bħala konsulenti finanzjarji esklussivi biex jissorveljaw il-proċess. Ir-Red Devils qalu qed jagħmlu dan biex jissaħħaħ it-tkabbir tal-club, iżda żiedu jgħidu li “se jikkunsidraw l-alternattivi strateġiċi kollha, inkluż investiment ġdid fil-club, bejgħ, jew transazzjonijiet oħra’.

Stqarrija mill-ko-chairmen Avram u Joel Glazer tgħid: 

“Is-saħħa ta’ Manchester United tistrieħ fuq il-passjoni u l-lealtà tal-komunità globali tagħna ta’ 1.1 biljun partitarji u segwaċi.

“L-għan tagħna huwa li nkomplu nibnu fuq l-istorja ta’ suċċess tal-club, il-bord awtorizza evalwazzjoni bir-reqqa ta’ alternattivi strateġiċi.

“Se nevalwaw l-għażliet kollha biex niżguraw li naqdu bl-aħjar mod lill-partitarji tagħna u li Manchester United timmassimizzaw l-opportunitajiet sinifikanti ta’ tkabbir disponibbli għall-club illum u fil-futur.”

Is-sidien Amerikani ilhom fil-poter f’Old Trafford mill-2005. Madankollu, għal xi żmien ġew taħt pressjoni minn gruppi ta’ partitarji biex itemmu r-renju tagħhom ta’ 17-il sena li ġie kkritikat mill-bidu nett għax-xiri ta’ £790 miljun li kienu kollha dejn fuq il-club.

Sport