Manchester United rebħu l-ewwel unur tal-istaġun meta fil-finali tal-League Cup, li ntlagħbet f’Wembley Stadium, għelbu lil Newcastle United bl-iskor ta’ 2-0.
Dan kien l-ewwel suċċess għall-United mill-2016/17 filwaqt li l-Magpies kienu qed jimmiraw għall-ewwel wieħed fi żmien 54 sena.
Iż-żewġ goals għat-team immexxi mill-manager Erik ten Hag waslu minn daqqa ta’ ras ta’ Casemiro (33) u minn auto-goal ta’ Sven Botman (39) meta t-tentattiv ta’ Marcus Rashford kien sejjer barra iżda bi sfortuna ħabat ma’ sieq id-difensur Olandiż biex qarraq għal kollox bil-goalkeeper Loris Karius.