Wednesday, November 27, 2024

Manchester United jissospendu lill-attakkant Mason Greenwood wara allegazzjonijiet ta’ vjolenza domestika

Aqra wkoll

Manchester United issospendew lill-attakkant Mason Greenwood wara allegazzjonijiet ta’ vjolenza domestika li ħarġu fuq il-media soċjali.

It-tfajla ta’ Greenwood, Harriet Robson, ippubblikat sensiela ta’ ritratti fuq il-media soċjali nhar il-Ħadd li wrew ġrieħi allegatament sofruti minn idejn il-player internazzjonali Ingliż ta’ 20 sena.

Ir-Red Devils irrikonoxxew l-allegazzjonijiet aktar kmieni nhar il-Ħadd, iżda saħqu li mhux se jagħtu aktar kummenti “sakemm il-fatti jkunu ġew stabbiliti”.

Ir-Red Devils issa ħarġu dikjarazzjoni li tikkonferma li Greenwood mhux se jieħu sehem fit-taħriġ jew jiġi kkunsidrat għal-logħbiet waqt li l-kwistjoni tkun għaddejja.

“Mason Greenwood mhux se jirritorna għat-taħriġ jew jilgħab logħbiet qabel avviż ieħor,” qalet stqarrija maħruġa mill-club.

Greenwood skorja 35 goal f’129 dehra ma’ Manchester United, u l-aħħar li lagħab kien fir-rebħa ta’ 1-0 kontra West Ham United fit-22 ta’ Jannar.

L-attakkant, li għad irid jindirizza pubblikament l-allegazzjonijiet, lagħab ukoll darba għall-Ingilterra, f’partita tan-Nations League kontra l-Iżlanda fl-2020.

Sport