Manchester United qed jittamaw li jakkwistaw lil Cody Gakpo ta’ PSV Eindhoven u Joao Palhinha ta’ Sporting Lisbon.
Gakpo gawda minn staġun produttiv bil-flokk ta’ PSV f’dan l-istaġun, fejn skorja 13-il goal u pprovda 13-il assist fi 33 dehra fil-kampjonati kollha.
Sadanittant Palhinha skorja tliet goals minn 30 logħba għaċ-champions Portugiżi Sporting dan l-istaġun, u l-futur taż-żewġt players ġie kkontestat dan l-aħħar.
Huwa mifhum li Manchester United qed jimmiraw li jassiguraw il-firem ta’ dawn iż-żewġ players qabel l-istaġun 2022-23 u diġà bagħtu scouts biex jaraw lil Gakpo jilgħab fl-Olanda.
Palhinha jippossjedi klawsola ta’ release ta’ £50m fil-kuntratt tiegħu ma’ Sporting – li jibqa’ għaddej sal-2026 – iżda l-ġganti tal-Primeira Liga jistgħu jkunu lesti li jikkunsidraw bejgħ anke għal £20m.
Atletico Madrid u Wolve ġew marbuta wkoll ma’ offerta għal Palhinha, filwaqt li Gakpo huwa maħsub li jinsab ukoll fuq ir-radar ta’ Liverpool u Manchester City.