Manchester United qed jiżnu li jagħmlu offerta fis-sajf għall-midfielder ta’ Paris Saint-Germain, Marco Verratti.
Il-player ta’ 29 sena kellu l-problemi ta’ injury matul l-istaġun 2021-22 iżda xorta għamel 25 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja żewġ goals u rreġistra assist wieħed fil-proċess.
Verratti għad fadallu aktar minn sentejn fil-kuntratt tiegħu f’Pariġi, fejn għamel 371 dehra minn meta ngħaqad magħhom minn mal-club Taljan Pescara fl-2012.
Madankollu, l-internazzjonali Taljan jista’ jħalli lil PSG fis-suq tat-trasferimenti li jmiss, u tliet clubs qed jikkunsidraw li jagħmlu offerti għalih dan is-sajf.
Huwa mifhum li Roma u Inter iridu jġibuh lura l-Italja, filwaqt li hemm interess ukoll mill-Ingilterra permezz ta’ Manchester United.
Ir-Red Devils iqisu lil Verratti bħala sostitut possibbli ta’ Paul Pogba, li mistenni jħalli Old Trafford bi free transfer fl-aħħar ta’ Ġunju.
Verratti lagħab id-90 minuta sħaħ fiż-żewġ legs tal-konfront ta’ PSG fir-round tal-aħħar 16 taċ-Champions League ma’ Real Madrid iżda ma setax jipprevjeni lit-team tiegħu milli jsofri telfa bi skor aggregate ta’ 3-2.