Manchester United huma lesti li jissodisfaw il-klawsola ta’ release fil-kuntratt ta’ Goncalo Inacio ta’ Sporting Lisbon biex jiffirmaw lid-difensur ċentrali matul is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena kien player ewlieni għall-club Portugiż tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 44 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha u rreġistra ħames gowls u żewġ assists fil-proċess.
Inacio għad fadallu aktar minn erba’ snin fil-kuntratt attwali tiegħu, iżda huwa maħsub li hemm klawsola ta’ release ta’ €45m fil-ftehim, li Sporting se jkunu qed jitolbu b’mod sħiħ sabiex jippermettulu li jħalli l-club.
Manchester United identifikaw liż-żagħżugħ bħala l-mira ewlenija tat-trasferiment u huma lesti li jilħqu l-ħlas tax-xiri fil-ftehim tiegħu biex jassiguraw il-firma tiegħu, bil-manager konfermat Erik ten Hag iqisu bħala l-player ideali biex jagħti spinta lid-difiża tat-team.