Manchester United m’għandhom l-ebda pjan li jkeċċu lill-manager temporanju, Ralf Rangnick, minkejja li naqas li jdawwar il-fortuni tal-club.
Il-futur ta’ Rangnick dan l-aħħar ġie mpoġġi f’dubju wara li numru ta’ players tal-ewwel eaim esprimew nin-nuqqas ta’ qbil tagħhom bil-metodi ta’ taħriġ tal-Ġermaniż, xi ħaġa li l-manager ta’ 63 sena malajr ċaħad.
Barra minn hekk, l-ex manager ta’ RB Leipzig m’għandux l-appoġġ ta’ players veterani bħal Cristiano Ronaldo, u hu maħsub li r-relazzjoni tiegħu mal-player ta’ 37 sena falliet.
United kienu jisnabu 12-il punt distakk minn manl-leaders Man City meta Ole Gunnar Solskjaer tkeċċa f’Novembru, iżda dak id-distakk minn dak iż-żmien żdied għal 23 punt taħt Rangnick, bir-Red Devils jirbħu biss tlieta mill-aħħar tmien logħbiet tagħhom fil-kampjonat.
Minkejja l-problema attwali tagħhom, United mhux se jkeċċu lil Rangnick u se jżommu mal-pjan inizjali tagħhom li jżommuh bħala manager sa tmiem l-istaġun.
Il-ġerarkija tal-United tħoss li l-prestazzjonijiet tjiebu taħt Rangnick minkejja li r-riżultati għadhom iridu jaslu, u huma kunfidenti li l-Ġermaniżi se jerġa’ jqajjem it-tamiet tagħhom li jispiċċaw mal-ewel erbgħa.