Manchester United mhux mistennija jilħqu ftehim potenzjali għall-midfielder ta’ Wolverhampton Wanderers, Ruben Neves.
Il-player ta’ 24 sena ġie deskritt bħala akkwist potenzjali f’Old Trafford fil-passat, hekk kif United qed ifittxu li jsaħħu l-għażliet tagħhom f’nofs il-ground.
Minbarra li kellu prestazzjoni impressjonanti fir-rebħa ta’ 1-0 ta’ Wolves kontra l-United fil-bidu ta’ Jannar, l-internazzjonali Portugiż ilu f’forma b’saħħitha l-istaġun kollu taħt Bruno Lage, waqt li t-team tiegħu qed jissielet għall-postijiet Ewropej fil-Premier League.
Issa, ir-Red Devils qed jiddeċiedu kontra mossa għal Neves, bi prezz ta’ £40 miljun qed jintalab fuq is-servizzi tiegħu.
Neves mar jilgħab fil-West Midlands fis-sajf tal-2017 għal madwar £16-il miljun mingħand Porto, u wara li għenhom jiksbu l-promozzjoni miċ-Championship, kompla biex għamel 128 dehra fil-Premier League fil-Molineux Stadium.
Sadanittant, bil-futur ta’ Paul Pogba fid-dubju f’Old Trafford, u Donny van de Beek mhxu mistenni jibqa’ mar-Red Devils, il-United ġew marbuta ma’ players bħal Amadou Haidara ta’ RB Leipzig, u Aurelien Tchouameni ta’ Monaco, fit-tfittxija tagħhom għal midfielder ċentrali.