Jidher li Manchester United iddeċidew li ma jikkastigawx lil Cristiano Ronaldo wara li ċ-ċirkolazzjoni ta’ filmati fuq l-internet tal-player internazzjonali tal-Portugall isabbat il-mobile ċellulari minn idejn partitarju avversarju.
Ronaldo ikkawża kontroversja fuq il-media soċjali nhar is-Sibt, b’filmati emerġenti tal-player tal-United juru lil Ronaldo jagħmel dan l-att.
Il-filmati wasslu biex il-pulizija ta’ Merseyside fetħu investigazzjoni dwar l-inċident, bl-awtoritajiet se jeżaminaw filmati tas-CCTV u jitkellmu max-xhieda.
Madankollu, minkejja l-investigazzjoni tal-pulizija, huwa mifhum li Manchester United mhux se jikkastigaw lill-player ta’ 37 sena għall-inċident.
Ġie ssuġġerit li l-ġerarkija tal-klabb tikkuntenta bl-apoloġija li Ronaldo poġġa online is-Sibt wara l-konfront ma’ Everton, bil-United ma jaraw l-ebda raġuni biex jikkastigaw lill-istilla Portugiża.
Manchester United imisshom li jkunu fl-azzjoni kontra Norwich City li huma mhedda bir-relegazzjoni mill-Premier League għaċ-Championship nhar is-Sibt li ġej.