Manchester United mistennija jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Ajax, Antony, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf jekk Marcus Rashford iħalli lill-club biex ifittex club ġdid.
Rashford reġa’ tħalla barra mit-team ta’ Manchester United kontra Leicester City nhar is-Sibt minkejja li Edinson Cavani u Cristiano Ronaldo t-tnejn ma kinux disponibbli għall-partita minħabba injury u mard rispettivament.
L-internazzjonali Ingliż hu maħsub li qed jikkunsidra li jħalli Old Trafford fis-suq tat-trasferimenti li ġej, u r-Red Devils diġà ħejjew sostitut għall-prodott tal-akkademja.
Ir-rapport isostni li Antony, li jilgħab taħt il-mira maniġerjali numru wieħed ta’ Manchester United Erik ten Hag ma’ Ajax, huwa ammirat minn figuri veterani fil-club Ingliż.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena kien f’forma impressjonanti għat-team Olandiż tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 12-il goal u rreġistra 10 assists fi 33 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Manchester United qed iħejju biex ‘iniedu offerta’ biex iġibu lill-internazzjonali tal-Brażil f’Old Trafford qabel l-istaġun 2022-23.
Madankollu, Paris Saint-Germain u Barcelona jingħad ukoll li qed jittamaw li jiffirmaw lill-attakkant matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.