Manchester United reġgħu qajmu l-interess tagħhom fil-midfielder internazzjonali Brażiljan ta’ Ajax, Antony, hekk kif qed iħejju offerta għall-firma tiegħu.
Il-player ta’ 21 sena kien wieħed mill-miri ewlenin ta’ Erik ten Hag wara li ħadmu flimkien fit-team ta’ Ajax.
Iżda wara ż-żewġ telfiet kontra Brentford u Brighton, il-player innifsu ħabbar li ma jridx imur jilgħab f’Old Trafford.
Peró, il-coach il-ġdid tar-Red Devils għadu persistenti li jikseb il-firma tiegħu.