Manchester United qed jikkunsidraw li jtemmu l-kuntratt ta’ Cristiano Ronaldo minħabba l-attitudni tiegħu.
Il-Ħadd huwa ġie mgħarraf li ngħata ultimatum li jekk ma jibdilx l-attitudni tiegħu, se jkollu l-kuntratt terminat b’mod immedjat minkejja li jintemm f’Ġunju 2023.
Wara t-telfa ta’ 4-0 kontra Brentford, huwa naqas li jmur quddiem il-partitarji ta’ Manchester United flimkien mal-players l-oħra biex jirringrazzjahom tal-attendenza tagħhom.
Barra minn hekk, wara tmiem il-partita huwa naqas li jirrikonoxxi lill-coach Erik ten Hag u lill-assistent tiegħu Steve MacLaren kif ukoll lill-players sħabu … hekk kif daħal fid-dressing room mingħajr ma kellem lil ħadd.
Jidher li Ronaldo jinsab imxebba’ mar-Red Devils u qed jagħmel dak kollu possibbli biex jitlaq minn Old Trafford.