Friday, November 15, 2024

Manchester United riedu jagħmlu negozju mas-sidien il-ġodda ta’ Newcastle United qabel xtraw il-club

Aqra wkoll

Ix-xiri tal-club ta’ Newcastle  għal £305 miljun għalaq sena proprju din il-ġimgħa. Minn dakinhar, il-klabb ibbenefika minn investiment sinifikanti ġewwa u barra l-ground hekk kif l-għan prinċipali huwa li jikkompetu għat-titlu tal-Premier League.

Iżda ċ-chairman tal-Magpies u gvernatur tal-PIF, Yasir Al-Rumayyan, żvela li club ieħor tal-Premier League kien avviċina lill-PIF dwar investiment ta’ £700 miljun għal sehem ta’ 30%.

Dan il-club ma kien ħadd ħlief dak ta’ Manchester United.Iżda l-PIF irrifjuta l-opportunità li jinvesti fir-Red Devils u minflok kompla biex jieħu lil Newcastle bħala azzjonisti maġġuri.

It-teħid kien milqut minn diversi dewmien u sab oppoizzjoni kbira  minn numru ta’ clubs tal-Premier League, fosthom Man United stess. 

Iżda eventwalment, fis-7 ta‘ Ottubru, 2021, il-PIF saru s-sidien b’ishma ta’ 80%, flimkien ma’ PCP Capital Partners u RB Sports & Media, li għandhom ishma ta’ 10% kull wieħed. 

U Al-Rumayyan ikkonferma li l-interess tal-PIF li jinvesti fil-Premier League kien ilu għaddej għal numru ta’ snin u l-club ta’ Newcastle ppreżenta l-opportunità perfetta.

“Bla dubju, il-football huwa wieħed mill-aktar sports importanti fid-dinja. Anzi huwa l-isport numru wieħed fid-dinja,” qal Al-Rumayyan.

“U għaliex il-Premier League Ingliż? Għax huwa l-aqwa kampjonat fid-dinja. L-ebda kampjonat ieħor ma jikkompeti miegħu.

“Hemm 20 team, tlieta huma relegati u tlieta huma promossi. Il-vantaġġ tal-Premier League hu li kull wieħed mill-20 team jista’ jegħleb lill-aqwa team fil-kampjonat,

“Meta nħares lejha, ​​inħares lejha minn perspettiva finanzjarja. Newcastle ma kienux l-ewwel offerta  li ħadna. Fittixna fl-Italja, fi Franza u r-Renju Unit ukoll.

“Pereżempju, fir-Renju Unit kien hemm club li avviċinana fuq il-bażi li nieħdu 30% tas-sjieda, u ma nindaħlu xejn f’termini ta’ ġestjoni tal-club … għal £700 miljun.

“Peró xtrajna club kollu għal £350 miljun, minflok ma kellna biss 30% fi club ieħor għal £700 miljun,” kompla jgħid Al-Rumayyan li qed jimmira tkabbir sinifikanti għal Newcastle kemm fil-ground kif ukoll f’termini tal-valur tal-club.

“Chelsea nbiegħu għal $3.5 biljun. Allura, il-potenzjal tiegħi issa huwa li mmur minn £350 miljun għal mill-inqas $3.5 biljun!”

Ekonomija

Sport