Manchester United qed jippjanaw li jagħmlu offerta għall-goalkeeper ta’ Atletico Madrid, Jan Oblak, fis-sajf li ġej.
David de Gea jibqa’ l-goalkeeper titolari tal-club, iżda l-kuntratt tiegħu f’Old Trafford għandu jiskadi f’Ġunju li ġej, u kien hemm spekulazzjoni dwar il-futur fit-tul tiegħu fil-club.
Man United qed jippjanaw li jattivaw estensjoni ta’ 12-il xahar fuq il-ftehim tal-player ta’ 31 sena, li kien iwasslu sas-sajf tal-2024, iżda kien hemm mistoqsijiet dwar kemm hu adattat għas-sistema ta’ Ten Hag, bl-Olandiż iħobb jibni l-logħob minn wara.