Friday, December 27, 2024

Manchester United se jneħħu lil Harry Maguire fis-sajf li ġej

Aqra wkoll

Harry Maguire huwa wieħed minn numru ta’ players li Manchester United li huma lesti li jbigħu dan is-sajf sabiex ikollhom il-fondi neċessarji biex tissaħħaħ l-iskwadra. 

Maguire, li llum għandu 30 sena, jibqa’ l-aktar difensur għali fid-dinja wara li ngħaqad mal-United mingħand Leicester għal £80 miljun fl-2019, iżda mhuwiex mill-favoriti tal-coach, Erik ten Hag, li jippreferi li jilgħab lil  Raphael Varane u lil Lisandro Martinez fiċ-ċentru tad-difiża.

Maguire, li fil-perjodu ta’ Ole Gunnar Solskjaer kien il-captain tat-team, huwa stess stqarr li dan l-istaġun kien wieħed diffiċli għalih għall-fatt li qatta’ aktar ħin fuq il-bank tas-sostituti milli fil-ground. 

Għadd ta’ clubs tal-Premier League huma interessati li jiffirmaw lil Maguire, u r-Red Devils huma lesti li jisimgħu kull offerta għal dan il-player. 

Newcastle United qed jimmonitorjaw is-sitwazzjoni ta’ Maguire u filwaqt li United jippreferu bejgħ,  jista’ jiġi kkunsidrat self biex ineħħu lill-player minn fuq is-salarji tagħhom,  bil-kundizzjoni li l-ftehim iwassal għal ftehim permanenti fil-futur.

Ekonomija

Sport