Wednesday, October 9, 2024

Manchester United u Arsenal wara Fabian Ruiz?

Aqra wkoll

Manchester United u Arsenal mistennija jidħlu f’taqtiegħa ma’ Real Madrid għall-firma tal-midfielder ta’ Napoli, Fabian Ruiz, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Il-player internazzjonali Spanjol daħal fl-aħħar 18-il xahar tal-kuntratt tiegħu ma’ Napoli, u kien hemm spekulazzjoni intensa dwar il-futur tiegħu fl-aħħar ġimgħat.

Napoli huma allegatament lesti li jbigħu lill-midfielder dan is-sajf bi ħlas fir-reġjun ta’ €50m, u Ruiz hu maħsub li qed jimbotta biex jingħaqad ma’ Real Madrid qabel l-istaġun 2021-22.

Madankollu, kemm Manchester United kif ukoll Arsenal huma determinati wkoll li jiffirmaw lill-player ta’ 25 sena matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Ruiz qed jaqla’ biss €50,000 fil-ġimgħa mal-club attwali tiegħu, li huwa ferm inqas milli ż-żewġ timijiet tal-Premier League jkunu lesti li jħallsuh biex imur jilgħab l-Ingilterra.

L-Ispanjol reġa’ kien player importanti għall-Partenopei matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 28 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, iskorja sitt goals u pprovda erba’ assists fil-proċess.

Sport