Sunday, November 24, 2024

Manchester United u Barcelona mmultati minħabba ksur tal-FFP

Aqra wkoll

Manchester United u Barcelona t-tnejn ġew immultati għal ksur tar-regolamenti tal-Financial Fair Play.

Il-UEFA li l-United ingħataw multa ta’ €300,000 għas-snin finanzjarji li jkopru bejn l-2019 u l-2022.

Min-naħa l-oħra, Barca ġew imultati somma akbar, dik ta’ €500,000 minħabba li “talli fis-sena finanzjarja 2022, irrapportaw ħażin profitti fuq disponiment ta’ assi intanġibbli (minbarra trasferimenti ta’ players) li mhumiex dħul rilevanti skont ir-regolamenti,” qalet il-UEFA. fi stqarrija.

L-FFP ġie introdott mill-UEFA fl-2009 biex jipprevjeni lill-clubs milli jonfqu aktar milli jaqilgħu biex ifittxu suċċess u jirris­kjaw is-saħħa finanzjarja tagħhom fit-tul bħala riżultat.

Milan, Inter u Paris Saint-Germain, li ġew immultati mill-UEFA f’Settembru, kollha laħqu l-miri finanzjarji aktar stretti tagħhom għall-istaġun li għadda. Huma jkomplu jiġu mmonitorjati għall-konfor­mità matul is-sena d-dieħla.

Il-UEFA aġġornat ir-regoli tal-FFP li ġew approvati fl-2009 b’sistema ġdida ta’ monitoraġġ. Hija tagħti prijorità lis-sostenibbiltà finanzjarja għall-clubs u tbiegħdet milli tistabbilixxi bilanċ kompetittiv fil-ground bħala mira li tista’ tintlaħaq.

Sport