Manchester United u Paris Saint-Germain huma lesti li jidħlu f’taqtiegħa bejniethom għall-firma tad-difensur ta’ RB Leipzig, Nordi Mukiele.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena ngħaqad ma’ Leizpig mingħand Montpellier HSC b’kuntratt ta’ ħames snin fis-sajf tal-2018, u dawk it-termini għandhom jiskadu fi żmien inqas minn 18-il xahar.
Mukiele kien parti konsistenti mit-team matul dawn l-aħħar staġuni, iżda f’dan l-istadju m’hemm xejn li jissuġġerixxi li l-kuntratt tiegħu ma’ Leipzig se jkun qed jiġġedded.
Minħabba f’hekk, Leipzig jistgħu jipprovaw jirkupraw ħlas għad-difensur versatili dan is-sajf sabiex jevitaw li jitilfuh bi free transfer fi tmiem l-istaġun li ġej.
Ralf Rangnick huwa familjari ma’ Mukiele minn żmienu fit-tmexxija ta’ Leipzig, u l-Ġermaniż jingħad li huwa determinat li jfassal offerta għall-player internazzjonali Franċiż.