Saturday, November 16, 2024

Manchester United viċin l-akkwist ta’ Frenkie De Jong?

Aqra wkoll

Manchester United qed jagħlqu ftehim biex iġibu fil-club lill-midfielder ta’ Barcelona Frenkie De Jong fis-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Il-player ta’ 24 sena kien marbut b’mod qawwi ma’ ċaqliq ‘il bogħod mill-Camp Nou f’dawn l-aħħar xhur, b’rapport wieħed jgħid li l-ġganti Katalani kienu lesti jisimgħu l-offerti għall-playmaker.

Huwa mifhum li Barcelona qablu li jbigħu lil De Jong lil Man United għal madwar €80m, u l-bidla tiegħu minn Spanja għall-Ingilterra hija ‘95% lesta’.

Id-deċiżjoni ta’ Barcelona li tħalli lill-internazzjonali Olandiż jitlaq hija purament minħabba raġunijiet ekonomiċi, peress li l-club mil-La Liga għadu qed ibati finanzjarjament.

De Jong kien marbut ma’ clubs bħal Manchester City, Bayern Munich u Paris Saint-Germain matul dawn l-aħħar 12-il xahar, iżda Manchester United issa jidher li marru qabel ir-rivali tagħhom fit-tellieqa għall-firma tiegħu.

Iċ-ċaqliq potenzjali tal-midfielder f’Old Trafford kien jarah jerġa’ jingħaqad mal-manager konfermat ta’ Manchester United, Erik ten Hag, li diġá kkowċja lill-player Olandiż ma’ Ajax lura bejn l-2017 u l-2019.

De Jong għamel total ta’ 138 dehra għal Barcelona fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn skorja 13-il goal u pprovda 17-il assist.

Ekonomija

Sport