Manchester United qed jersqu viċin l-iffirmar doppju tal-attakkant ta’ Benfica Darwin Nunez u d-difensur ċentrali ta’ Villarreal Pau Torres.
Il-mnanager il-ġdid Erik ten Hag diġà sellem lil numru ta; players meqjsua bħala free agents f’Old Trafford, u aktar jistgħu jsegwu qabel il-bidu tal-istaġun 2022-23.
Dan hekk kif xejn inqas minn sitt players telqu jew se jkunu qed iħallu l-club bi free transfer. Fost dawn hemm Paul Pogba, Jesse Lingard, Edinson Cavani, Lee Grant, Nemanja Matic u Juan Mata.