Friday, September 20, 2024

Manchester United viċin li jiftiehmu dwar kuntratt ġdid fit-tul mal-midfielder Bruno Fernandes

Aqra wkoll

Manchester United jinsabu viċin li jiftiehmu dwar kuntratt ġdid fit-tul mal-midfielder Bruno Fernandes.

Minn meta mar jilgħab f’Old Trafford f’Jannar 2020, Fernandes skorja 49 goal u pprovda 39 assist minn 117-il dehra, li kkonsolidawh bħala wieħed mill-players ewlenin tar-Red Devils.

L-internazzjonali Portugiż għad fadallu aktar minn tliet snin fil-kuntratt attwali tiegħu, termini li jistgħu jiġu estiżi bi 12-il xahar oħra.

Madankollu, Manchester United minflok ħadu passi biex jestendu l-kuntratt tal-player ta’ 27 sena kemm jista’ jkun malajr.

Huwa mifhum li Fernandes jinsab viċin li jimpenja l-futur tiegħu mal-United sa tmiem l-istaġun 2026-27, hekk kif jinsab tliet xhur biss qabel għeluq it-33 sena tiegħu.

Il-mossa allegata ta’ United waslet fi żmien meta sħabu l-playmakers Paul Pogba, Jesse Lingard u Juan Mata kollha mistennija jħallu lil United fi tmiem l-istaġun.

Sport