Manchester United qed isegwu diversi għażliet dwar il-ħatra ta’ direttur sportiv. Dan kollu qed iseħħ hekk kif ftit tal-jiem ilu Dan Ashworth ma żammx din il-kariga. Dan tal-aħħar kien jokkupa l-kariga ta’ direttur sportiv ma’ Newcastle United u fil-bidu ta’ dan l-istaġun ingħaqad mar-Red Devils. Madankollu hu ftit dam magħhom hekk kif se jfittex avventuri ġodda.
Sadanittant il-kap eżekuttiv Omar Berrada se jara l-kandidati prospettivi għal dan ir-rwol.