Monday, October 14, 2024

Manchester Utd jakkwistaw goalkeeper Tork

Aqra wkoll

Manchester United irnexxielhom jiksbu l-firmia tal-goalkeeper Tork, Altay Bayindir. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u kien qed jilgħab ma’ Fenerbache sa ftit tal-jiem ilu fejn anke deher fil-UEFA Europa League.

Bayindir ra li ma kienx se jkollu futur mat-tim Tork li għadu kemm akkwista lil Dominik Livakovic mingħand Dinamo Zagreb u ħaseb li esperjenza fl-Ingilterra taf tagħmillu ġid.

Bayindir hu wkoll membru regolari fit-tim nazzjonali Tork.

Sport