Il-president ta’ Floriana FC Johann Said dalgħodu ħabbar li Mano Micallef se jibda jservi bħala kollaboratur fl-istaff tekniku tal-Coach Gianluca Atzori.
Wara s-suċċess tal-FA Trophy dan l-istaġun, Micallef ħabbar li rtira bħala player tal-football professjonali, wara li laħaq it-tragward ta’ 400 dehra tal-Premier League u temm il-karriera ta’ suċċess tiegħu mal-Greens.
Il-pass li jmiss kien biss naturali. Fuq rakkomandazzjoni ta’ Atzori, Mano se jsir element importanti fil-grounds tat-taħriġ u fid-dressing room, li jgħaddi l-esperjenza li kiseb matul is-snin lill-players ta’ Floriana FC.
Mano Micallef għandu l-Liċenzja C tal-coaching tal-UEFA.