L-aħbar li l-Manoel Island u l-Forti Tigne kienu qegħdin jingħataw lura lill-pubbliku inġenerali intlaqgħu b’mod pożittiv kemm minn sezzjonijiet tal-poplu u anke minn għaqdiet u organizazzjonijiet. Il-kampanja ‘Manoel Island: Post Għalina’ laqgħet l-aħbar li Manoel Island se tingħata lura lin-nies, kif tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela, wara li ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-MIDI. Din l-art se tingħata wkoll flimkien ma’ Forti Tigné f’Tas-Sliema.
“Manoel Island: Post Għalina’ f’dikjarazzjoni li għamlu iddeskrivew id-deċiżjoni bħala li hi aħbar pożittiva. Din l-aħbar waslet inqas minn sena wara li twaqqfet bħala kampanja. Din il-kampanja kienet waslet għal aktar minn 29,000 firma bil-għan li Manoel Island isir park nazzjonali.
Il-kampanja ‘Manoel Island: Post Għalina’ fil-kitba tagħhom faħħru kemm lill-Gvern u kif ukoll lill-konsorzju MIDI talli sabu soluzzjoni rapida u diplomatika. Dan hekk kif il-ftehim bejn il-Gvern u l-konsorzju MIDI seħħ barra l-Qorti.
Anke il-Fondazzjoni Wirt Artna laqgħet ukoll din l-aħbar li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela, li ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-konsorzju MIDI, li permezz tiegħu Manoel Island u Forti Tigné.
L-art ta’ Manoel Island kienet marbuta b’ċens ta’ 99 sena, permezz ta’ ftehim li seħħ fis-sena 2000, minn Gvern Nazzjonalista. Għal snin twal, l-aċċess għal din iż-żona kienet magħluqa għall-pubbliku.
Din l-aħbar li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela, fejn Manoel Island u Forti Tigné se jingħataw lura, jingħaqdu mal-wegħda tal-Gvern li l-White Rocks, Forti San Salvatur u Forti Campbell isiru spazji miftuħa għall-familji Maltin u Għawdxin. B’rabta ma’ dan għaddejja l-konsultazzjoni pubblika ‘Shape Your Space’.

