Manuel Xuereb ġie ddentifikata bħala r-raġel ta’ 50 sena li lbieraħ għall-ħabta tas-1:15 p.m., tilef ħajtu fid-Dwejra fil-limiti tal-Imġarr.
Sfortunatament Xuereb tilef ħajtu wara li waqa’ madwar żewġ sulari minħabba li t-trakk li kien fih ġralu xi ħsarat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, imma sfortunatament, huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.


