Il-midfielder ta’ West Ham United, Manuel Lanzini, kien involut f’inċident tat-traffiku li seta’ kien ta’ theddida għall-ħajtu, iżda fortunatament għalih ma sofra l-ebda ġrieħi.
Huwa mifhum li l-player ta’ 29 sena kien qed jivvjaġġa lura lejn il-kumpless ta’ taħriġ ta’ Hammers’ Rush Green, wara li rritorna mid-dmirijiet internazzjonali mal-Arġentina.
Lanzini kien qed jiġi misjuq b’xufier f’karozza Mercedes qabel ma l-vettura nqalbet ilbieraħ waranofsinhar.
Fuq il-post issejħu l-pumpiera u l-pulizija, iżda l-midfielder telaq mill-post tal-inċident bla ġrieħi.
Wieħed għad irid jara jekk Lanzini hux se jkun disponibbli għall-partita tal-Premier League ta’ West Ham f’darhom kontra Everton nhar il-Ħadd.