West Ham United ikkonfermaw li l-plejer ta’ nofs il-grawnd tagħhom Manuel Lanzini se jkun qed iħalli l-klabb fl-aħħar ta’ dan ix-xahar meta proprjament jiskadilu l-kuntratt.
Lanzini kien ingħaqad mal-Hammers fis-sajf tas-sena 2015 u minn dakinhar ‘l hawn lagħab 226 partita filwaqt li skorja 32 gowl. F’dan iż-żmien hu rebaħ ukoll l-aqwa plejer tal-klabb għal żewġ staġuni konsekuttivi bejn l-2016 u l-2018.
Permezz tas-sit soċjali fuq Twitter, West Ham United irringrazjaw lil Lanzini għas-servizz li ta lill-klabb tul dawn l-aħħar tmien staġuni.