Monday, October 14, 2024

Manuel Neuer barra għall-istaġun wara li kiser siequ waqt li kien qed jiskijja

Aqra wkoll

Tmiem is-sena għal Manuel Neuer ġie mill-ħażin għall-agħar wara li kiser siequ jiem biss wara li l-Ġermanja sfaw eliminati mit-Tazza tad-Dinja.

Il-captain tal-Ġermanja kellu inċident waqt vaganza tal-iskijjar li kawża tiegħu kellu bżonn operazzjoni.

Issa se jitlef il-kumplament tal-istaġun.

Il-goalkeeper Neuer u l-Ġermanja kellhom jippakkjaw kmieni mit-Tazza tad-Dinja wara eliminazzjoni imbarazzanti mill-Fażi tal-Gruppi … biex se tkun l-aħħar darba għal dan il-player ta’ 36 sena li jieħu sehem fl-akbar manifestaz­zjoni sportiva fid-dinja. 

Il-captain ta’ Bayern Munich imbagħad mar jiskijja biex jirrilassa xi ftit, iżda kiser siequ f’inċident.

Neuer kiteb fuq Instagram mis-sodda tiegħu tal-isptar: “Ħej, x’nista’ ngħid, l-aħħar tas-sena żgur li seta’ ġej aħjar għalija!”

Sport