Il-goalkeeper u captain ta’ Bayern Munich, Manuel Neuer, iffirma estensjoni tal-kuntratt b’sena sal-2024.
Neuer, 36 sena, għamel 472 dehra mal-club Ġermaniż minn mindu ffirma mingħand Schalke fl-2011.
Il-captain tal-Ġermanja rebaħ 10 titli konsekuttivi tal-Bundesliga u għolla ċ-Champions League darbtejn matul iż-żmien tiegħu fl-Allianz Arena.
“Manuel huwa wieħed mill-figuri li spikkaw fl-istorja ta’ Bayern,” qal il-kap eżekuttiv ta’ Bayern, Oliver Kahn.
“Hija kisba tremenda li tkun tista’ twassal prestazzjonijiet ta’ klassi mondjali b’mod tant konsistenti fuq perjodu ta’ żmien daqshekk twil.”
Neuer huwa t-tieni player ta’ Bayern li ilu jservi għal żmien twil li ffirma ftehim ġdid dan ix-xahar, hekk kif l-internazzjonali Ġermaniż Thomas Muller ukoll estenda l-kuntratt tiegħu sal-2024.