Tuesday, December 24, 2024

Manuel Neuer jiżvela li kien qed ibati minn kanċer tal-ġilda

Aqra wkoll

Il-goalkeeper internazzjonali Ġermaniż ta’ Bayern Munich, Manuel Neuer, żvela li kien qed ibati minn kanċer tal-ġilda f’wiċċu u kellu jsirulu tliet operazzjonijiet biex jikkurah.

Dan il-player ta’ 36 sena żvela dan kollu waqt reklam wara li investa fi krema tax-xemx Ġermaniża flimkien mal-ikona tat-tennis Angelique Kerber.

Neuer, li huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers ta’ kull żmien, f’Diċembru li għadda qajjem kuxjenza dwar il-kanċer tal-ġilda.  

Meta tkellem flimkien ma’ Kerber, huwa qal: “It-tnejn għandna storja ta’ mard tal-ġilda. Fil-każ tiegħi, kanċer tal-ġilda fuq wiċċi, li kien jeħtieġ tliet kirurġiji.

“Fejn niġu għall-ħarsien mix-xemx, tajna attenzjoni għall-protezzjoni massima.

“Ladarba nitħarrġu barra l-ħin kollu u nħobbu wkoll inqattgħu l-ħin liberu tagħna fin-natura, huwa essenzjali għalina li nibdew b’filtri moderni ta’ protezzjoni mix-xemx u fattur ta’ protezzjoni mix-xemx ta’ 50+.

“Għalhekk nafu żgur li għandna protezzjoni mix-xemx li tipproteġina kontinwament u li biha kważi xejn jista’ jinħaraq.”

Bħalissa Neuer jinsab barra mill-azzjoni minħabba li qed jikupra minn injury fl-ispalla u teżisti wkoll possibbiltá li jista’ jitlef it-Tazza tad-Dinja. 

Ekonomija

Sport