Saturday, September 14, 2024

Manuel Neuer mhux se jirtira mill-futbol

Aqra wkoll

Il-goalkeeper veteran Ġermaniż Manuel Neuer tkellem wara d-deċiżjoni li jirtira minn mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu. Hu qal li wara 15-il sena u 124 logħba, kien wasal iż-żmien li jagħti ċans lil ħaddieħor jirrappreżenta lil pajjiżu. Minkejja kollox, hu xejjen kull spekulazzjoni li se jirtira għal kollox mil-logħba tal-futbol u anzi issa jista’ jikkonċentra iktar fuq il-klabb tiegħu Bayern Munich.

Sadanittant hu tkellem ukoll fuq il-goalkeeper li probabbilment jilbes l-ingwanti tiegħu ladarba jirtira iġifieri Alexander Nubel. Dan tal-aħħar bħalissa jinsab misluf lil Stuttgart għalkemm Neuer kellu kliem ta’ tifħir għall-mod professjonali li biha jieħu l-affarijiet.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport