Tuesday, April 7, 2026

Manuela Tesse ssejjaħ l-iskwadra għal kontra l-Irlanda ta’ Fuq

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali tan-Nisa, Manuela Tesse, sej­ħet l-iskwadra għaż-żewġ logħ­biet li jmiss ta’ Malta fil-kwalifiki tat-Tazza tad-Dinja 2027 minn League B taż-żona Ewropea.

L-ewwel partita se tin­t­lagħab f’Mourneview Park fil-belt ta’ Lurgan, fl-14 ta’ dan ix-xahar, biex imbagħad erbat ijiem wara il-Maltin jilqgħu lill-Ir­lan­diżi fis-Centenary Sta­dium, biż-żewġ logħbiet jibdew fis-7.00 pm.

L-Irlandiżi se jkunu t- tielet avversarji wara li l-Maltin kellhom testijiet diffiċli fit-telfiet kontra t- Turkija (3-0)  u l-Isvizzera (4-1).

Iż-żewġ partiti se jix­xan­dru b’mod dirett fuq TVMSports+.

L-iskwadra msejħa hija:

Goalkeepers: Maya Ca­chia (Hibernians), Raisa Costantino (Pro Palazzolo –  Italja), Giulia D’Antuono, Patricia Ebejer (Mgarr U.)

Difensuri: Tammy Falzon, Jade Flask, Emma Xuereb (Swieqi U.); Stephania Far­­rugia (Birkirkara),  Alex­an­dra Gatt (York City Ladies –  Ingilterra), Oceane Grange (Freedom FC –  Italja), Emma Lipman (Genoa – Italja), Maya Lucia (Apollon Ladies – Ċipru).

Midfielders: Jana Barbara (VfR Warbeyen – Ġermanja), Brenda Borg (Mgarr U.), Crista C. Ganado (Leicester City – Ingilterra), Rachel Cuschieri (Genoa – Italja), Ni­cole Sciberras (Hiber­nians), Shona Zammit (Swie­qi U.).

Attakkanti: Leah Ayres (Hibernians), Haley Bugeja (Inter – Italja), Yulya Carella (Mgarr U.), Lexine Farrugia (AS Roma – Italja), Maria Farrugia (Bristol C. Women – Ingilterra), Sara Saliba (Swieqi U.), Kailey Willis (Venezia Femminile – Italja).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport