Sunday, October 27, 2024

Manuela Tessa tmexxi training camp ta’ jumejn għat-tfajliet li twieldu qabel l-2007

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sar training camp ta’ jumejn għall-footballers femminili mwielda fl-2007 u qabel u li huma eliġibbli biex jirrappreżentaw lil Malta fit-tim Nazzjonali tan-Nisa A. It-training camp kien immexxi mill-head coach tat-tim nazzjonali tan-Nisa ta’ Malta, Manuela Tesse.

Ġew mistiedna jattendu l-kowċis kollha li jiffurmaw parti mill-coaching tat-Timijiet Nazzjonali tan-Nisa mwaqqfa u mħeġġa jieħdu sehem f’dawn is-sessjonijiet. Il-parteċipanti kienu jinkludu dawk il-plejers kollha li ntgħażlu biex jirrappreżentaw lil Malta f’xi żmien fil-passat flimkien ma’ kwalunkwe plejer li l-klabb qies xieraq li jattendi flimkien mal-plejers tal-akkademja tan-nisa tal Malta FA.

Dan l-avveniment kien l-ewwel togħma tal-approċċ tal-filosofija unifikata għall-futbol tat-tim nazzjonali li qed taħdem fuqu l-Kowċ tat-Tim Nazzjonali tan-Nisa, Manuela Tesse.

Uċuh ġodda fis-set-up tal-kowċing tat-Tim Nazzjonali

L-aħħar xhur raw tibdil kbir fit-Tim Nazzjonali mwaqqaf. Il-wieħed ewlieni huwa Head Coach ġdid tat-Timijiet Nazzjonali. Fil-ġimgħat li għaddew, Roberto Pieraccini inħatar il-kowċ il-ġdid ta’ NT Goalkeeper. Pieraccini għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-kowċing tal-goalkeepers u fost affarijiet oħra kien il-kowċ tal-goalkeepers għal goalkeepers dilettanti u żgħażagħ fil-FIGC u aktar tard ikkowċja goalkeepers ta’ statura ogħla f’Coverciano.

Intant, Malta tilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija internazzjonali kontra l-Lussemburgu nhar il-Ġimgħa 17 (6.00pm) u t-Tnejn 20 ta’ Frar (11.00am) fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.

Sport