Monday, November 11, 2024

Manuela Tesse tesprimi l-ħsibijiet tagħha qabel il-partia kontra l-Haiti

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali tan-Nisa, Manuela Tesse, esprimiet il-ħsibijiet tagħha dwar il-partita ta’ ħbiberija kontra l-Haiti, tliet ġimgħat qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fit-Tazza tad-Dinja.

Malta se tilgħab partita ta’ ħbiberija nhar is-Sibt 1 ta’ Lulju fi Stade D’Octodure fl-Isvizzera (kick-off: 18.00). Qabel din il-logħba ta’ ħbiberija, skwadra ta’ 31 plejer ipparteċipaw fi Training Camp fuq medda ta’ tliet ġimgħat, fejn Tesse kellha l-opportunità tosserva diversi żgħażagħ li ġejjin fosthom plejers ta’ 16-il sena. “Malli ħadt f’idejha l-iskwadra Maltija, tkellimt dwar il-potenzjal li osservajt, u huwa xogħolna u dak tal-kowċis tal-klabbs li nieħdu ħsieb u nrawmu t-talent ta’ dawn il-plejers żgħażagħ b’saħħithom ħafna.”

Minħabba li kienu barra mit-tieqa internazzjonali, diversi plejers ewlenin ma setgħux jingħaqdu mal-iskwadra, partikolarment dawk minn Birkirkara li bħalissa qed jippreparaw għall-kampanja tagħhom taċ-Champions League. Madankollu, din iċ-ċirkustanza mhux prevista tat opportunità lill-Coach Tesse biex tintroduċi uċuh ġodda fosthom Tammy Falzon, Georgiana Mifsud, Amy Busuttil, Yulya Carella, u Sarah Vella Barberi fl-aħħar sejħa! Tesse tqis dan bħala opportunità ta’ progress għal dawn il-plejers żgħażagħ biex jilagħbu f’logħbiet daqshekk ta’ livell għoli.

Fit-tliet logħbiet ta’ ħbiberija preċedenti taħt it-tmun ta’ Tesse, Malta rebħet iż-żewġ logħbiet kontra l-Lussemburgu u l-logħba kontra l-Estonja. Klassifikati fit-53 post fir-rankings tal-FIFA, żhaiti bla dubju huma team aktar b’saħħtu minn pajjiżna. Huma kisbu wkoll post fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA għall-ewwel darba fl-istorja tal-pajjiż. Immexxija mill-Franċiż Nicolas Delépine, it-tim ta’ Haiti jikkonsisti grupp ta’ attakkanti profiċjenti, li kapaċi jsibu x-xibka kontra kwalunkwe avversarju għalkemm it-tim huwa magħmul minn diversi plejers żgħażagħ u b’inqas esperjenza fil-qasam internazzjonali. Ħafna mill-plejers jilagħbu futbol professjonali fl-Istati Uniti u Franza.

“Haiti huma tim b’saħħtu u l-parteċipazzjoni tagħhom fit-Tazza tad-Dinja hija indikazzjoni ta’ dan, madankollu din il-partita ta’ ħbiberija hija importanti wkoll għalina, peressli waqt waħda mill-partiti ta’ preparazzjoni tagħhom, huma lagħbu wkoll mal-Moldova, tim li jinsab ukoll fil-grupp ta’ Malta.” Bil-parteċipazzjoni li jmiss ta’ Malta fin-Nations League, Tesse se tuża din il-logħba biex tqabbel il-livell tal-pajjiżna ma’ dak ta’ wieħed mill-avversarji li jmiss tat-tim. Tesse enfasizzat li t-tim m’għandux jaħseb fl-avversarju iżda pjuttost jikkonċentra fuq il-filosofija tal-futbol tat-tim, jilgħab futbol tajjeb u jipproduċi prestazzjoni pożittiva.

Sport