Wednesday, October 30, 2024

MAPFRE Middlesea u MAPFRE MSV Life mogħtija Marka tal-Kwalità tar-Riżorsi Umani minn FHRD

Aqra wkoll

MAPFRE Middlesea u MAPFRE MSV Life kisbu b’suċċess il-Marka tal-Kwalità tar-Riżorsi Umani tal-2022 maħruġa minn FHRD (Foundation for Human Resources Development), li hija waħda mill-ogħla rikonoxximenti f’Malta fir-rigward ta’ riżorsi umani.

Il-Marka tal-Kwalità tingħata għal perjodu ta’ tliet snin, u tipprovdi rikonoxximent intern u estern, u ttejjeb ir-reputazzjoni ta’ min iħaddem, speċjalment fejn jidħol reklutaġġ ta’ talent u kemm l-impjegati idumu jaħdmu mal-kumpanija.

Il-proċess jikkonsisti f’verifika stretta u preċiża tar-riżorsi umani li tkopri seba’ kategoriji – dawn jinkludu politiki u proċeduri tar-riżorsi umani, reklutaġġ u għażla, kumpens, benefiċċji, impjiegi u relazzjonijiet industrijali, analiżi tal-prestazzjoni tal-impjegat, is-sistema ta’ informazzjoni dwar ir-riżorsi umani, kif ukoll l-iżvilupp u t-taħriġ. Iż-żewġ kumpaniji kisbu punteġġ għoli ħafna f’dawn il-
kategoriji kollha.

Ines Silva, Uffiċjal Kap għar-Riżorsi Umani għaż-żewġ kumpaniji, qalet “Dan il-premju huwa riżultat tax-xogħol mwettaq kif ukoll kontinwazzjoni ta’ dak li sar qabel, li jassigura li l-motivazzjoni u l-impenn tal-impjegati jibqa’ tkun ta’ prijorità; dan hu l-uniku mod kif jinżamm impenn b’saħħtu u biex ukoll ikun hemm riżultati kostruttivi għall-kumpaniji tagħna,” hi qalet.

Hi spjegat li f’MAPFRE l-impjegati huma l-aktar ħaġa importanti u l-Grupp huwa impenjat għall-iżvilupp professjonali u personali tagħhom, iżda hija impenjata li tagħti kontribut fis-soċjetà, u l-impjegati huma involuti f’ dan l-impenn. Fil-fatt, il-kumpanija torganizza numru ta’ inizjattivi ta’ responsabiltà soċjali, u l-impjegati huma involuti f’attivitajiet bħal tħawwil ta’ siġar, tindif, u għajnuna fi ġbir ta’ fondi għal organizzazzjonijiet oħra, fost oħrajn.

Il-kumpanija toffri wkoll ħafna benefiċċji tal-persunal bħall-assigurazzjoni tas-saħħa, l-assigurazzjoni tal-ħajja fi grupp, l-assigurazzjoni tal-inċidenti personali, l-iskema volontarja tal-pensjoni tax-xogħol, allowance għall-ikel, allowance għat-trasport, il-faċilitajiet għall-kura tat-tfal u ħafna benefiċċji oħra bħal sigħat flessibbli, u xogħol b’mod virtwali.

“Il-Messaġġ tal-kumpanija huwa “Aħna nieħdu ħsieb dak li hu importanti għalik,” Ines kompliet tispjega. “MAPFRE dejjem jkun maġenbek sabiex tkun tista’ timxi ‘l quddiem b’serħan il-moħħ, waqt li tgħin biex tibni soċjetà aktar sostenibbli, u dan huwa parti mill-marka tagħna bħala kumpanija li tħaddem ukoll. Irridu naraw li kull minuta li ninvestu fiha tagħmel sens,” hi qalet.

Sport