Saturday, December 14, 2024

MAPFRE MSV Life b’appoġġ għall-isfida annwali taċ-ċikliżmu ta’ Alive Charity Foundation

Aqra wkoll

MAPFRE MSV Life hija kburija li tħabbar l-appoġġ kontinwu tagħha għall-isfida annwali taċ-ċikliżmu organizzata mill-Alive Charity Foundation. Waqt il-preżentazzjoni uffiċjali, il-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE MSV Life, Etienne Sciberras, ippreżenta sponsorship lil Sandro Baluci, wieħed miċ-ċiklisti dedikati li se jkunu qed jipparteċipaw fl-isfida ta’ din is-sena. Attenda wkoll l-avveniment Nicky Camilleri, chairman u wieħed mill-fundaturi tal-Alive Charity Foundation.

Din l-isfida taċ-ċikliżmu, li saret avveniment annwali sinifikanti, għandha l-għan li tqajjem kuxjenza u fondi għal kawżi ta’ karità f’Malta. Din is-sena, 35 –il ċiklist se jibdew vjaġġ diffiċli, u jħallu Malta fi tmiem il-ġimgħa u jivvjaġġaw lejn Spanja. Ir-rotta fiha 1,320 kilometru
ċikliżmu minn Barċellona għal Santiago de Compostela.

MAPFRE MSV Life tirrikonoxxi l-importanza ta’ avvenimenti bħal dawn li jħallu impatt pożittiv fuq is-soċjetà. Permezz ta’ sapport lejn din Il-Fondazzjoni, il-kumpanija turi l-impenn tagħha għar-responsabbiltà soċjali.

“MAPFRE MSV Life hija onorata li għal darb’oħra tappoġġja lill-Alive Charity Foundation u l-isfida tagħha taċ-ċikliżmu,” qal Etienne Sciberras, Kap Eżekkutiv ta’ MAPFRE MSV Life. “Aħna nemmnu fil-qawwa tal-isforzi kollettivi u l-impatt inkredibbli li jista’ jkollhom fuq il-ħajja tal-oħrajn. Aħna kburin li aħna parti minn dan il-vjaġġ flimkien ma’ Sandro Baluci u ċ-ċiklisti parteċipanti kollha.”

Nicky Camilleri, chairman u wieħed mill-fundaturi tal-Alive Charity Foundation, esprima l-gratitudni tiegħu għall-appoġġ kontinwu minn MAPFRE MSV Life. “Aħna grati ħafna għall-impenn kontinwu ta’ MAPFRE MSV Life għall-kawża tagħna. Dan il-kontribut jippermetti li nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ dawk fil-bżonn, u flimkien, nistgħu noħolqu futur aħjar.”
L-isfida taċ-ċikliżmu mhux biss tippreżenta opportunità għall-parteċipanti biex jisfidaw ir-
reżistenza fiżika tagħhom iżda sservi wkoll bħala pjattaforma biex jinġabru fondi għal diversi proġetti ta’ karità tal-Fondazzjoni Alive. Permezz tal-isforzi kollettivi tagħhom, iċ-ċiklisti għandhom l-għan li jħallu impatt pożittiv fuq il-ħajja tal-individwi u l-komunitajiet f’Malta.

MAPFRE MSV Life hija kumpanija ewlenija tal-assigurazzjoni impenjata li tipprovdi assigurazzjoni komprensiva fuq il-ħajja, pjanijiet tal-irtirar, tfaddil, u soluzzjonijiet ta’ investiment lil individwi u negozji f’Malta. B’enfasi qawwija fuq is-servizz tal-konsumatur, l-innovazzjoni u r-responsabbiltà soċjali, MAPFRE MSV Life għandha l-għan li toħloq valur fit-tul u sigurtà finanzjarja għall-klijenti tagħha.

The Alive Charity Foundation hija organizzazzjoni mhux governattiva bl-għan li ittejjeb il-ħajja ta’ individwi u komunitajiet f’Malta. Permezz ta’ diversi inizjattivi u attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi, il-fondazzjoni għandha l-għan li tindirizza kwistjonijiet soċjali kritiċi, tippromwovi l-inklużività, u tgħin lil dawk fil-bżonn.

Ekonomija

Sport