Friday, December 27, 2024

MAPFRE MSV Life tirrapporta domanda qawwija għal Personal Pension Plans matul l-2021

Aqra wkoll

Matul is-sena 2021, MAPFRE MSV Life p.l.c. rat domanda qawwija għal pjanijiet ta’ pensjonijiet personali, u b’hekk il-kumpanija kompliet tmexxi s-suq Malti għal soluzzjonijiet ta’ tfaddil għall-irtirar.

“Matul is-sena l-oħra, kienu reġistrati 2,800 Personal Pension Plans,” jirrimarka Micheal Galea, Uffiċjal Kap għall-Iżvilupp tan-Negozju fuq il-ħajja ta’ MAPFRE MSV Life. “”B’riżultat ta’ dan, MAPFRE MSV Life illum għandha kważi 11,000 klijent li għandhom pjan personali ta’tfaddil, biex b’hekk it-tfaddil aggregat jammonta għal aktar minn €37 miljun. Huwa ċar li aktar nies qed jifhmu l-importanza li jfaddlu għal żmien l-irtirar,” hu żied jgħid.

Il-Prodott Personal Pension Plans provduti minn MAPFRE MSV Life jiffurmaw parti minn skemi li jippermettu lill-klijenti jibbenefikaw, soġġett għall-eliġibbiltà, mill-krediti tat-taxxa disponibbli mill-gvern. Il-kreditu tat-taxxa għall-2021 kien ta’ 25% applikabbli għal kontribuzzjoni massima ta’ €3,000 (li rriżulta fi kreditu massimu ta’ taxxa ta’ €750 għal kull persuna). Il-Gvern qed ikompli jinċentiva t-tfaddil volontarju tal-pensjonijiet bl-istess livell ta’ inċentivi fiskali waqt l-2022.

Dawn il-pjanijiet provduti minn MAPFRE MSV Life joffru proposta ta’ valur konvinċenti li tinkludi xi karatteristiċi uniċi. Fost l-oħrajn, MAPFRE MSV Life toffri l-possibbiltà lil dawk li jfaddlu l-pensjonijiet biex jorbtu t-tfaddil tagħhom mal-fondi Lifestyle Funds. Dawn il-Fondi spiss jintużaw minn investituri li jfittxu mezz ta’ tfaddil għal użu speċifiku, u, għalhekk, ħafna drabi jintużaw biex jappoġġjaw it-tfaddil għall-irtirar. Dawn il-Fondi huma wkoll msejjħin Target Funds, peress li l-iskop tagħhom huwa li jservu bħala mezz għall-investiment ta’ fondi lejn għan speċifiku. Dawn il-Fondi jikkombinaw allokazzjonijiet ta’ riskji konservattivi, moderati jew ta’ aktar riskju għal dawk li jfaddlu fl-istadji differenti kollha ta’ ħajjithom. Hekk kif l-età tal-irtirar toqrob, dawn il-fondi joffru tfaddil aktar konservattiv. Dawn iseħħ awtomatikament taħt il-gwida tal-maniġer tal-fond mingħajr il-ħtieġa ta’ kwalunkwe intervent mill-investituri fil-fond.  

“Kemm tkun adegwata il-pensjoni futura tiddependi mhux biss fuq hemm in-nies jfaddlu iżda wkoll għall-kemm tul ta’ żmien. L-investiment b’mod diversifikati huwa importanti biex jiggarantixxi dħul adegwat waqt l-irtirar. Huwa importanti li dawk li jagħżlu li jfaddlu jkollhom l-għażla li jinvestu f’portafolji diversi. F’dan ir-rigward, aħna nemmnu li il-prodott tal- Personal Pension Plans ta’ MAPFRE MSV Life huwa idejali biex jgħin lin-nies jfaddlu għall-irtirar tagħhom waqt li jibbenefikaw mill-inċentivi tat-taxxa li l-gvern jagħmel disponibbli,” qal is-Sur Galea.

Aktar informazzjoni dwar il-Mapfre MSV Life Personal Pension Plans hija disponibbli mill-uffiċċji ta’ Mapfre MSV Life fil-Furjana, Ħal Luqa u B’Kara jew minn kwalunkwe intermedjarju ta’ MAPFRE MSV. 

It-trattament tat-taxxa jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi individwali. Il-leġiżlazzjoni tat-taxxa u l-ammont ta’ rifużjoni jistgħu jinbidlu fil-futur. 

MAPFRE MSV Life p.l.c. (C-15722) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) biex twettaq negozju fit-tul skont l-Att dwar in-Negozju tal-Assigurazzjoni.

Ekonomija

Sport