Friday, November 15, 2024

MAPFRE MSV Life tniedi offerta speċjali għal żmien limitat fuq Pjanijiet tal-Pensjoni Personali

Aqra wkoll

MAPFRE MSV Life (MMSV) nediet offerta ta’ żmien limitat fuq il-Pjanijiet tal-Pensjoni Personali (Unit Linked) maħruġa bejn it-23 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2022. Matul il-perjodu tal-offerta, MMSV se żżid €175 ma’ kull Pjan tal-Pensjoni Personali meta tibda l-polza u l-ewwel premium ikun imħallas mill-klijent.

Dawn il-Pjanijiet ta’ Pensjoni Personali ta’ MAPFRE MSV Life huma parti minn skemi ta’ kwalifika u għalhekk, jippermettu lill-klijenti jibbenefikaw, soġġett għall-eliġibbiltà, mill-krediti tat-taxxa magħmula disponibbli mill-gvern. Il-kreditu tat-taxxa għall-2022 huwa 25% applikabbli għal kontribuzzjoni massima ta’ €3,000 (li tirriżulta fi kreditu massimu ta’ taxxa ta’ €750 għal kull persuna).

Waħda mill-karatteristiċi uniċi ta’ dan il-prodott hija l-possibbiltà li t-tfaddil tal-pensjoni jintrabat ma’ Lifestyle Funds, li jissejħu ukoll Target Funds, peress li l-iskop tagħhom hu li jservu bħala mezz għall-investiment ta’ fondi lejn għan speċifiku. Dawn il- Lifestyle Funds jiġbru flimkien allokazzjonijiet ta’ riskju konservattiv, moderat, jew aggressiv għal dawk li jfaddlu fl-istadji differenti ta’ ħajjithom. Hekkkif l-età tal-irtirar toqrob, ikun hemm aktar assi konservattivi. Dan jseħħ b’mod awtomatiku mingħajr il-ħtieġa ta’ intervent mill-investituri. Dawn il-Fondi jintużaw spiss minn investituri li qed ifaddlu għal għan speċifiku, u għalhekk huma popolari għat-tfaddil tal-irtirar.

Michael Galea, Kap tal-Iżvilupp tan-Negozju ta’ MAPFRE MSV Life qal: “Permezz ta’ din l-offerta, aħna nħeġġu lin-nies jibdew jfaddlu issa, biex b’hekk jappoġġjaw l-istil ta’ ħajja tagħhom meta jirtiraw”.

Il-Pjan tal-Pensjoni Personali ta’ MAPFRE MSV Life jgħinek tfaddal somma ta’ flus biex meta tirtira, ikollok dħul regolari li jissuplimenta l-pensjoni tal-istat. Meta dan il-fond jkun jista’ jiġi aċċessat, skont ir-regoli attwali, wieħed ikun jista’ jieħu sa 30% tal-valur tal-pjan bħala somma f’daqqa mingħajr taxxa, waqt li dak li jifdal jiġi ġġenerat bħala dħul fl-irtirar (li jkun soġġett għat-taxxa fuq id-dħul bir-rata marġinali applikabbli dak iż-żmien).

Dawn li jfaddlu permezz ta’ dan il-prodott għandhom l-għażla li jinvestu f’portafoll diversifikat permezz ta’ klassijiet ta’ assi li jgħinu mhux biss għat-tfaddil iżda biex wieħed jiffranka. “Aħn nemmnu li il-Pjan ta’ Pensjoni Personali tagħna huwa ideali biex jgħin lil persuni jfaddlu għall-irtirar filwaqt li jibbenefikaw mill-inċentivi tat-taxxa li l-gvern għamel disponibbli,” ikkonkluda s-Sur Galea.

Din hija offerta ta’ żmien limitata u MAPFRE MSV Life tirriżerva d-dritt li tagħlaq din l-offerta qabel iż-żmien imsemmi. Termini u kundizzjonijiet japplikaw u jistgħu jinstabu fuq is-sit: https://www.mapfre.com.mt/personal-pension-plan/

Jekk tieqaf tħallas il-pjan tiegħek qabel id-data tal-irtirar magħżula, tista’ ma tieħux lura daqs kemm investejt. Jekk tinvesti f’dan il-prodott, ma jkollokx aċċess għal flusek qabel id-data tal-irtirar. Id-dħul li tikseb minn dan l-investiment jista’ jinżel ukoll. It-trattament tat-taxxa jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi individwali. Il-leġiżlazzjoni fiskali u l-ammont ta’ rifużjoni jistgħu jinbidlu fil-futur.

Ekonomija

Sport