Friday, November 15, 2024

MAPFRE MSV Life tniedi offerta speċjali għal żmien limitat fuq Pjanijiet tal-Pensjoni Personali

Aqra wkoll

MAPFRE MSV Life (MMSV) nediet offerta ta’ żmien limitat fuq il-Pjanijiet tal-Pensjoni Personali (Unit Linked) maħruġa bejn it-23 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2023.

Matul il-perjodu tal-offerta, MMSV se żżid €175 ma’ kull Pjan tal-Pensjoni Personali meta tibda l-polza u l-ewwel primjum ikun imħallas mill-klijent.
Dawn il-Pjanijiet ta’ Pensjoni Personali ta’ MAPFRE MSV Life huma parti minn skemi ta’ kwalifika u għalhekk, jippermettu lill-klijenti jibbenefikaw, soġġett għall-eliġibbiltà, mill-krediti tat-taxxa magħmula disponibbli mill-gvern.

Il-kreditu tat-taxxa għall-2023 huwa ta 25% applikabbli għal kontribuzzjoni massima ta’ €3,000 li tirriżulta fi kreditu massimu ta’ taxxa ta’ €750 għal kull persuna.

Waħda mill-karatteristiċi uniċi ta’ dan il-prodott hija l-possibbiltà li t-tfaddil tal-pensjoni jintrabat ma’ Lifestyle Funds, li jissejħu ukoll Target Funds, peress li l-iskop tagħhom hu li jservu bħala mezz għall-investiment ta’ fondi lejn għan speċifiku.

Dawn il- Lifestyle Funds jiġbru flimkien allokazzjonijiet ta’ riskju konservattiv, moderat, jew aggressiv għal dawk li jfaddlu fl-istadji differenti ta’ ħajjithom. Hekk kif l-età tal-irtirar toqrob, ikun hemm aktar assi konservattivi.

Dan jseħħ b’mod awtomatiku mingħajr il-ħtieġa ta’ intervent mill-investituri. Dawn il-Fondi jintużaw spiss minn investituri li qed jfaddlu għal għan speċifiku, u għalhekk huma popolari għat-tfaddil tal-irtirar.

Michael Galea, Kap tal-Iżvilupp tan-Negozju ta’ MAPFRE MSV Life qal: “Permezz ta’ din l-offerta, aħna nħeġġu lin-nies jibdew jfaddlu issa, biex b’hekk jappoġġjaw l-istil ta’ ħajja tagħhom meta jirtiraw. Il-Pjan tal-Pensjoni Personali ta’ MAPFRE MSV Life jgħinek tfaddal somma ta’ flus biex meta tirtira, jkollok dħul regolari li jissuplimenta l-pensjoni tal-istat.”

Galea jkompli jispjega li meta dan il-fond jkun jista’ jiġi aċċessat, skont ir-regoli attwali, wieħed ikun jista’ jieħu sa 30% tal-valur tal-pjan bħala somma f’daqqa mingħajr taxxa, waqt li dak li jifdal jiġi ġġenerat bħala dħul fl-irtirar.

Nies li jfaddlu permezz ta’ dan il-prodott għandhom l-għażla li jinvestu f’portafoll diversifikat ta klassijiet ta’ assi. Li jkollok penzjoni komda mhijiex ibbażata biss fuq li wieħed jffranka biżżejjed, iżda wkoll li jffranka bil-għaqal. “Aħna nemmnu li il-Pjan ta’ Pensjoni Personali tagħna huwa ideali biex jgħin lil persuni jfaddlu għall-irtirar filwaqt li jibbenefikaw mill-inċentivi tat-taxxa li l-gvern għamel disponibbli,” ikkonkluda s-Sur Galea.

Titlifx din l-offerta għal żmien limitat mingħand MAPFRE MSV Life. Ibda tippjana għal kwalità ta’ ħajja aħjar fl-irtirar billi tieħu vantaġġ mill-promozzjoni speċjali fuq Unit Linked Personal Pension Plans. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur www.mapfre.com.mt jew ikkuntattja lil xi intermedjarju awtorizzat tagħna.

Jekk tieqaf tħallas il-pjan tiegħek qabel id-data tal-irtirar magħżula, tista’ ma tieħux lura daqskemm investejt. Jekk tinvesti f’dan il-prodott, ma jkollokx aċċess għal flusek qabel id-data tal-irtirar. Id-dħul minn dan l-investiment jista’ jinżel kif ukoll jitla . It-trattament tat-taxxa jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi individwali.

Il-leġiżlazzjoni tat-taxxa u l-ammont ta’ rifużjoni jistgħu jinbidlu fil-futur.
MAPFRE MSV Life p.l.c. (C-15722) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta ‘ Malta (MFSA) biex tmexxi negozju tal-assigurazzjoni fit-tul taħt l-Att dwar il-Kummerċ tal- Assigurazzjoni. MAPFRE MSV Life p.l.c. hija regolata mill-MFSA.

Ekonomija

Sport