Sunday, December 22, 2024

MAPFRE talloka €100,000 biex tgħin lil dawk affettwati mit-terremoti tat-Turkija

Il-Fondazzjoni nediet ukoll kampanja ta’ ġbir ta' fondi għall-istess għan

Aqra wkoll

Il-Fondazzjoni MAPFRE se talloka għajnuna inizjali ta’ €100,000 għall-provvista ta’ oġġetti essenzjali fiż-żoni l-aktar milquta fit-Turkija. Bħalissa qed tkun mħejjija kunsinna ta’ tined, kutri u sleeping bags, u fi żmien qasir, se tipprovdi akkomodazzjoni prefabbrikata biex tgħin fir-rilokazzjoni ta’ dawk in-nies li tilfu djarhom.

Ġiet imnedija wkoll kampanja biex jinġabru donazzjonijiet mill-pubbliku bl-għan li jiżdiedu aktar fondi biex jgħinu lil dawk milquta mit-terremot, fuq is-sit elettroniku www.fundacionmapfre.org. Il-Fondazzjoni MAPFRE tiggarantixxi li 100% tal-ammonti kontribwiti jmorru għand il-benefiċjarji.

Waqt il-preżentazzjoni tar-riżultati tal-Grupp, il-President ta’ MAPFRE u il-Fondazzjoni MAPFRE, Antonio Huertas, esprima l-appoġġ u s-solidarjetà tiegħu mal-mijiet ta’ eluf ta’ nies li sofrew it-terremoti fit-Turkija u s-Sirja din il-ġimgħa. Matul id-diskors tiegħu, huwa talab għal ġenerożità tal-pubbliku, u qal li bħalissa “kull ftit għajnuna tgħodd”, u li l-Grupp huwa sensittiv ħafna għal dawn is-sitwazzjonijiet straordinarji u għandu esperjenza estensiva biex jattendi għall-bżonnijiet soċjali ta’ dawk l-aktar vulnerabbli.

F’dawn l-aħħar snin, il-Fondazzjoni MAPFRE kienet attiva b’kampanji differenti biex tgħin lil dawk milquta f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Fosthom, il-gwerra fl-Ukranja fl-2022, l-għargħar El Niño Costero fil-Peru fil-2017 , u it-terremot Lorca fl-Ekwador fl-2011.

Dawk interessati li jgħinu lit-Turkija jistgħu jagħmlu dan permezz tas-sit www.fundacionmapfre.org jew direttament fuq: https://www.fundacionmapfre.org/accion-social/proyectos/nacionales/se-solidario/conoce-los-proyectos/ayuda-urgente-terremoto-turquia/

Ekonomija

Sport