Sunday, December 22, 2024

MAPFRE tingħaqad mal-Alleanza ESG Malta f’inizjattivi dwar it-tibdil fil-klima

Aqra wkoll

MAPFRE Malta qed tingħaqad ma’ negozji oħra biex tikkollabora fl-Alleanza ESG Malta, bl-għan li jkun hemm aktar inizjattivi li jaħdmu kontra t-tibdil fil-klima. 

MAPFRE  hija waħda minn 13-il negozju magħrufa li qed iħabbru t-tnedija tal-alleanza ġdida msejħa Malta ESG Alliance (MESGA), inizjattiva tas-settur privat biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza lokali. 

James Mallia, Kap tal-Finanzi u Aġent Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE Middlesea kien preżenti għall-konferenza stampa konġunta li saret fl-20ta’ Lulju, fejn Kapijiet Eżekuttivi u rappreżentanti tal-membri fundaturi kollha kienu preżenti. Il-membri tal-Alleanza qed jiġu appoġġati mill-Perit David Xuereb u EY Malta. 

Il-Membri Fundaturi għandhom l-għan li jattiraw membri impenjati oħra mis-setturi ekonomiċi kollha biex jissieħbu f’Alleanza bħal din, biex jaġixxu fuq kwistjonijiet sostenibbli l-ewwel. L-Alleanza ESG Malta esponiet kif l-ewwel tema magħżula għall-proġetti tal-kumpaniji kienet dik tat-tibdil fil-klima u d-dekarbonizzazzjoni.

Waqt il-konferenza stampa, James Malliaspjega kif permezz tal-politika ambjentali, il-Grupp MAPFRE għandu impenn sod fir-rigward tal-prevenzjoni tat-tniġġis, il-konservazzjoni ambjentali u l-preservazzjoni tal-bijodiversità, il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija u l-ġestjoni tat-tibdil fil-klima. Huwa spjega li MAPFRE timplimenta l-azzjonijiet ambjentali tagħha skont il-linji gwida definiti mill-Integrated Environmental, Energy and Carbon Footprint Management System (SIGMAYE), li huma imfassla skont l-istandards internazzjonali iso. 

Fil-MAPFRE, kemm f’Malta kif ukoll fil-livell internazzjonali tal-Grupp, il-protokolli tal-immaniġġjar tal-iskart huma implimentati biex jiżguraw li t-trattament u t-tneħħija tal-iskart qed isiru kif suppost. Huma introduċew ukoll politika ġdida tal-assigurazzjoni tal-vetturi elettroniċi biex jippromwovu ambjent aktar ekoloġiku kif ukoll bil-mudell li jippermetti hybrid remote working li permezz tagħha jitnaqqsu b’mod sinifikanti  l-marka tal-karbonju tagħhom.

Flimkien mal-proġetti l-oħra ta’ dekarbonizzazzjoni tal-membri l-oħra tal-Alleanza, is-settur privat qed jieħu passi biex jikkontribwixxi għal futur aktar sostenibbli u inqas intensiv fl-użu tal-karbonju Malta.

Bħala parti minn din l-inizjattiva, MAPFRE Middlesea qed tintroduċi sorsi ta’ enerġija rinnovabbli permezz tal-installazzjoni ta’ sistema ta’ 180 pannelli fotovoltajiċi, ta’ madwar 400W kull wieħed li se jiġġenera madwar 100MWh ta’ elettriku kull sena. Il-marka tal-karbonju se titnaqqas b’40 tunnellata ta’ CO2 fis-sena.

Aktar informazzjoni dwar l-inizjattivi ta’ sostenibbiltà tal-MAPFRE tista’ tinstab fuq  is-sit il-https://www.mapfre.com.mt/about-us/mapfre-middlesea/sustainability/

Ekonomija

Sport