Tifla ta’ sentejn inqatlet wara li hi kienet attakkata minn kelb li kien il-pet tal-familja. Il-kelb hu tat-tip Dogo Argentino u din ir-razza hi miżmuma milli titkabbar u tinżamm f’għadd ta’ pajjiżi.
Dan il-każ seħħ f’El Dique f’Buenos Aires fl-Arġentina ftit jiem ilu. Il-kelb attakka lit-tifla li kien jisimha Guadalupe waqt li hi kienet qed tixrob il-ħalib. It-tifla ittieħdet immedjatament f’Rossio Hospital fil-belt ta’ La Plata imma minħabba l-ġrieħi li ġarrbet hi mietet ftit wara. Ġirien tal-familja qalu li l-kelb qatt ma wera sinjali ta’ aggressjoni. Jidher li l-kelb inqatel wara din it-traġedja.
Il-klieb tat-tip Dogo Argentiono, hu kkunsidrati bħala perikolużi u dawn huma miżmumin milli jitkabbru u jinżammu f’diversi pajjiżi fosthom l-Ukranja, l-Awstralja u New Zealand.