Friday, November 15, 2024

Mara arrestata fil-Korea t’Isfel b’rabta mas-sejba ta’ żewġ katavri f’bagalji fi New Zealand

Aqra wkoll

Il-Pulizija tal-Korea t’Isfel qalu li arrestaw mara u qiegħda tiġi akkużata bil-mewt taż-żewġt itfal tagħha, liema katavri kienu nstabu f’bagalji ġewwa New Zealand ix-xahar li għadda. 

Il-katavri ta’ dawn it-tfal kienu nstabu minn stranġieri li kienu xtraw għadd ta’ oġġetti abbandunati – li fosthom kien hemm dawn il-bagalji – minn maħżen f’Auckland. Mill-investigazzjonijiet li saru instab li l-katavri kien ilhom hemm għal numru ta’ snin, u l-pulizija Koreani qalu li l-vittmi kellhom 7 u għaxar snin rispettivament. 

Fid-dawl ta’ dan, New Zealand qiegħda titlob lill-Korea t’Isfel għall-estradizzjoni ta’ din il-mara. L-arrest tal-omm sar grazzi għal ħidma konġunta bejn l-uffiċjali ta’ New Zealand u dawk tal-Korea t’Isfel fejn mill-investigazzjonijiet irriżulta li din il-mara kienet ħarbet lejn il-Korea t’Isfel fl-2018 ftit wara l-mewt ta’ wliedha. L-akkużata għandha 42 sena u kienet mwielda fi New Zealand, iżda d-dixxendenti tagħha ġejjin mill-Korea. 

Il-mara ġiet arrestata f’nofsillejl wara li kien ħareġ manadat internazzjonali ta’ arrest. L-uffiċjali kien ilhom jiem isegwu l-passi tagħha wara informazzjoni li huma kienu rċevew. 

Ekonomija

Sport